“Daphne ħallset l-ogħla prezz, mhux Muscat” – Il-PN

A protester holds a picture of Maltese Prime Minister Joseph Muscat with his face covered in blood, next to a person holding a sign during a demonstration demanding justice over the murder of journalist Daphne Caruana Galizia outside the Parliament House, in Valletta, Malta, December 1, 2019. The sign reads, "Murderers in Castille" REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa għall-aħħar diskors li għamel Joseph Muscat bħala Prim Ministru llejla, meta qal li ħallas l-ogħla prezz biex jissolva l-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia hu billi rreżenja. Skont il-PN, kienet il-ġurnalista nfisha li ħallset l-ogħla prezz b’ħajjitha.

Fi stqarrija maħruġa ftit wara li ntemm id-diskors tal-PM, il-PN qal li Muscat “beża’ jsemmi l-korruzzjoni li taħt it-tmexxija tiegħu fniet lil pajjiżna u fgat lill-istituzzjonijiet mill-awtonomija tagħhom.”

Skont il-Partit Nazzjonalista, f’diskorsu, Muscat baqa’ jipprova jiddieħak bil-poplu, peress li għamel xi dikjarazzjonijiet li fil-fehma tal-PN huma surreali, għax mhumiex ir-realtà li qed jaffaċċjaw in-nies. Il-PN argumenta li Muscat qal li naqqas id-distakk bejn l-foqra u s-sinjuri, “meta fil-verità fl-aħħar snin rajna l-ġid jitqassam b’mod inġust bejn il-familji u l-ftit madwar Joseph Muscat.”