Daphne Caruana Galizia ppremjata fl-Iżvezja

Il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia ngħatat il-premju Holme minn Goteborgs Handels and Sjofartstidning fi Sveżja. Il-premju jingħata lill-persuni li jkunu ħadu riskji personali.
Il-familja ta’ Caruana Galizia aċċettat il-premju u ddeċidiet li l-€1,000 fi flus abbinati mal-premju jmorru direttament bħala donazzjoni lill-Fondazzjoni Dar Merħba Bik.
Il-Professur Dennis Tollborg li hu wkoll sid Goteborgs Handels and Sjofartstidning qal li Daphne Caruana Galizia kienet mudell li tispikka mhux għall-ġurnalisti biss. Kompla jgħid li hi kienet ilha fuq il-lista tagħhom qabel ma nqatlet.
L-Organizzazzjoni Goteborgs Handels and Sjofartstidning twaqqfet fl-1832. Hi magħrufa li ħarġet għonqa għall-valuri speċjalment waqt it-Tieni Gwerra Dinija.
Il-Premju jingħata fl-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena lill-persuna li tkun ħadet riskju personali, mhux lill-organizzazzjonijiet.
Fost ir-rebbieħa ta’ edizzjonijiet passati kien hemm Edward Snowden (2013), u lill-ġurnalista mill-Ażerbajġan Khadija Ismayilova (2015).