Danny Drinkwater għal maċ-Chelsea

Chelsea jinsabu ppreparati li jiffirmaw lid-difensur ta' Manchester City Danny Drinkwater matul dan is-sajf.
Il-Blues ikkonfermaw il-bejgħ ta' Nemanja Matic lil Manchester United nhar it-Tnejn li għadda, u Antonio Conte jinsab ħerqan li jsaħħaħ id-difiża tiegħu, wara li diġà assigura s-servizzi ta' Tiemoue Bakayoko mingħand Monaco.
Matul l-aħħar staġun dehru xi xquq fid-difiża ta' Chelsea li tista' tiġi kkunsidrata bħala l-uniku dipartiment b'xi difetti fit-tim u huwa għalhekk li huma xeħtu ħarsithom fuq dan id-difensur versatili.