Daniel’s shopping complex għadu miftuħ għall-pubbliku

Daniel’s shopping complex fil-Ħamrun għadu miftuħ għall-pubbliku.
F’ittra ffirmata mill-avukat Simon Micallef Stafrace, id-Diretturi u s-Shareholders ta’ D.A. Holdings Limited qalu li qed jappellaw id-deċiżjoni tal-Qorti li kienet iddikjarat il-kumples fallut.
Spjegaw li qed jappellaw għad-dritt biex ma jiġux diskriminati.
L-ittra tgħid li d-Diretturi u l-Kampanija li fil-kawża istitwita mill-Panta Contracting Limited, kienu miżmuma milli jiddefendu lilhom infushom kontra l-pretensjonijiet tal-kredituri tal-kumpanija.