​Daniele Spadaro ċampjin fis-Subbuteo

Daniele Spadaro huwa r-rebbieħ tal-kampjonat intern ta’ Attard Subbuteo Club għall-istaġun 2013-14.
Kien biss fl-aħħar logħba tal-kampjonat li nqata’ l-verdett finali, bi Spadaro jispiċċa l-kampjonat b’żewġ punti vantaġġ fuq Keith Zahra u tlieta fuq Hector Scerri.
Matul dan l-istaġun il-klabb organizza wkoll kampjonat miftuħ għall-plejers lokali kollha, bil-parteċipazzjoni ta’ l-istess klabb ta’ Attard, plejers mill-klabbs ta’ Ħamrun TFC u Bormla SC.
Din il-kompetizzjoni ntrebħet mill-plejer ta’ Ħamrun Table Football Club Stefan Pace, b’George Ebejer (Bormla SC) u Patrick Pace (Ħamrun TFC) jispiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament.
It-trofej lir-rebbieħa tqassmu f’serata li saret għall-okkażjoni mill-Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Stefano Mallia, li sponsorja dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet.
Fil-ġimgħat li ġejjin it-team ta’ Attard Subbuteo Club, se jkun qed jipprepara biex jieħu sehem fit-turnament internazzjonali ta’ Bologna li se jsir f’Mejju li ġej.
 
Ritratt: Preżentazzjoni tat-trofej lir-rebbieħa