Daniel Sturridge jista’ jaffaċċja projbizzjoni aktar ħarxa

Daniel Sturridge jista’ jaffaċċja projbizzjoni oħra minkejja li qed jilgħab fit-Turkija. L-eks eroj ta’ Liverpool iddebutta għall-klabb il-ġdid ta’ Trabzonspor fid-draw ta’ 2-2 kontra Genclerbirligi.

L-FA qed tistenna risposta wara li kien tħalla jmur b’multa ta’ £75,000 u projbizzjoni ta’ sitt ġimgħat milli jilgħab minħabba li kiser ir-regoli tal-imħatri. Jekk il-mexxejja tal-futbol Ingliż jiddeċiedu li Sturridge għandu jingħata penali aktar ħorox, mela jkollhom javviċinaw lill-federazzjoni tal-futbol Torka biex iwaqqfuh mil-logħob.

Sturridge, li għandu 30 sena nstab li qabbad lil ħuh Leon jagħmel l-imħatri dwar il-possibiltà tiegħu li jiċċaqlaq għal ma’ Sevilla lura f’Jannar tal-2018.