Awdjo: Daniel Chircop u Lyona se jippreżentaw il-Malta Eurovision Song Contest

Tard illejla l-PBS ħabbar li Daniel Chircop u Lyona Xuereb Gatt se jkunu d-duo li se jippreżentaw il-Malta Eurovision Song Contest tal-21 u 22 ta' Novembru.
Fl-ewwel kummenti li ta lill-media, ma' Newsbook.com.mt qal li sar jaf b'dan madwar erbat ijiem ilu. Iħossu kuntent li wara li tul dawn l-aħħar sentejn kien hu li flimkien ma' kollegi oħra għamel il-kummentarju tal-Festival, issa se jmiss lilu li jippreżenta flimkien ma' Lyona.
Saħaq li jħossu kuntent aktar meta jiftakar li din is-sena l-palk li se jintuża huwa wieħed ħafna aktar speċjali.
Tista' tisma' l-intervista sħiħa għada filgħodu waqt il-breakfast show ta' RTK Pierre and Co.