Dan l-awtur u attur illum jagħlaq 25 sena. Għaraftu?

Awguri lil Desier Debono, awtur u attur ta’ bosta drama televiżiva f’Malta. Illum huwa qed jiċċelebra għeluq il-25 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-10 ta’ Settembru tal-1995.

Desier, li huwa l-moħħ wara sensiliet bħal Libra, Pupazz u Iż-Żagħka, huwa mill-Belt u huwa l-iżgħar fost it-tliet ulied ta’ George u Melda. Ħutu huma Tikoda u Noreen. Desier għandu wkoll neputija, Meia, ta’ 4 snin.

Desier ilu mill-2011 ma’ Melanie Jo Mangani li ħadmet miegħu fuq il-produzzjonijiet li huwa ħoloq.

“Grazzi Mulej għall-ħajja. Huwa vjaġġ sabiħ li għandna ngħożżu u nkunu grati għalija. Xi kultant mhux daqshekk faċli li titbissem. Il-ħajja kultant hi diffiċli u kultant kollox imur kontra l-pjanijiet, imma l-iktar importanti hu li nibqgħu mexjin ‘il quddiem, kontra kull mistenni,” kiteb dalgħodu Desier fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook waqt li rrimarka li jħossu mbierek li għad għandu impjieg waqt din il-pandemija.

Nawguraw lil Desier l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.