Dan l-awtur illum jagħlaq 50 sena

Awguri lill-awtur Gerard James Borg li llum qed jiċċelebra għeluq il-50 sena tiegħu. Twieled bħal-lum it-28 ta’ Awwissu tal-1970.

Gerard James Borg kiseb l-ewwel suċċessi tiegħu bħala disinjatur, b’xogħlijiet tiegħu li spiċċaw fuq rivista Ġermaniża.

Matul is-snin Gerard għamel isem fil-Eurovision Song Contest hekk kif sitt kanzunetti minn tiegħu spiċċaw biex irrappreżentaw lil Malta. Dawn kienu Desire (2000), 7th Wonder (2002), On Again… Off Again (2004), Vertigo (2007), Vodka (2008) u Breathlessly (2017). Gerard kellu wkoll kanzunetta oħra fil-Eurovision, Shine, interpretata minn Tolmachevy Twins li rrappreżentaw lir-Russja fl-2014.

Apparti dawn is-suċċessi, Gerard James Borg kellu bosta kanzunetti oħra li pparteċipaw fil-finali ta’ festivals għall-Eurovision f’pajjiżi bħal Franza, in-Norveġja, in-Netherlands, il-Belġju, l-Islanda, il-Bulgarija u r-Rumanija.

Gerard James Borg huwa wkoll awtur ta’ kotba ta’ suċċess bl-ewwel wieħed ikun Sliema Wives. Warajh ħareġ Madliena Married Men segwit minn Bormla Babes – Behind the Scene u l-iktar ktieb riċenti tiegħu huwa Tigné Point Bachelors.

Nawguraw lil Gerard l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.