Dan l-attur u preżentatur illum jagħlaq 52 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur u preżentatur Anthony “Toni” Busuttil li llum qed jagħlaq 52 sena. Twieled bħal-lum il-22 ta’ Settembru tal-1968.

Bla dubju li Toni jibqa’ assoċjat ma’ bosta karattri ta’ pupazzi li ħoloq, bl-aktar tnejn popolari jkunu Mini u Griz.

Toni ħadem ukoll f’diversi produzzjonijiet teatrali u ppreżenta wkoll bosta programmi televiżivi u dawk tar-radju kif ukoll bosta avvenimenti. Kien jaħdem f’bosta sensiliet fosthom anke Santa Monika.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.