Dan l-attur u preżentatur illum jagħlaq 37 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur u preżentatur Daniel Chircop, li hawn jidher ma’ ommu Bianca. Daniel twieled bħal-lum il-11 ta’ Settembru tal-1983. Illum jiċċelebra għeluq is-37 tiegħu

Lil Daniel nafuh bħala parti mid-duo Dan u San u qabel kien jifforma parti minn Zoo. Bla dubju li l-bosta karattri li huwa jinterpreta fix-xows ta’ Dan u San huma popolari u ġieli rajnieh ukoll jinterpretahom waqt programmi bħal Xarabank. Rajnieh ukoll jippreżenta programmi diversi fosthom Bugz@Net, fejn fl-età ta’ 14-il sena kein jagħmel il-features tal-programm. Kien jippreżenta wkoll programmi bħal A-70, Zinners u Skartoċċ.

Matul is-snin huwa ħa sehem f’diversi produzzjonijiet bħal Manifest tal-Killer, Għax Hekk, Bla Kondixin u Imxi Warajja fost ħafna oħrajn.

Daniel huwa miżżewweġ lil Fiorella u huwa wkoll missier.

Bla dubju kif mistenni, l-attur Chrysander Agius, in-nofs l-ieħor tad-Dan u San, wassal l-awgurju tiegħu lil Daniel f’okkażjoni ta’ għeluq sninu.

HAPPY BIRTHDAY.Daniel CHIRCOP my partner in everything.We have been through a lot, especially lately and no matter…

Posted by Chrysander Agius on Friday, September 11, 2020

Nawguraw lil Daniel l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.