Dan l-attur u preżentatur illum jagħlaq 32 sena. Għaraftu?

Dan tarr-ritartt mhu ħadd ħlief l-attur, preżentatur u mudell Ben Camille li llum qed jiċċelebra għeluq it-32 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-16 ta’ Awwissu tal-1988. Ben huwa t-tifel ta’ Pierre Camille u Carina Camilleri u għandu ħuh, Dale.

Ben kien ħadem fis-sensiliet Il-Klikka u Strada Stretta u ppreżenta bosta programmi u avvenimenti fosthom il-programm Tnejn Tnejn fuq One, kif ukoll X Factor Malta fuq TVM. Kien ukoll il-protagonist tar-reality show Benjamin.

Ben hu miżżewweġ lil Kristina (Xtina) u huma ġenituri ta’ tnejn, Elle, li twieldet f’Diċembru tal-2018, u George, li twieled fl-10 ta’ Awwissu.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.