Dan l-attur minn Division 7 illum jagħlaq 47 sena!

Jekk ma għaraftuhx, dan tar-ritratt huwa l-attur Adrian Azzopardi, jew aħjar Reno l-Grokk tas-sensiela Division 7. Illum qed jiċċelebra għeluq lis-47 sena tiegħu. Adrian twieled bħal-lum il-21 ta’ Lulju tal-1973.

Adrian Azzopardi bħala Reno l-Grokk f’Division 7

Adrian, li huwa mill-Msida, iżda li llum joċgħod il-Mosta, studja fil-Malta Drama School. Ħa sehem f’bosta plays kemm f’Malta u anke barra.

L ewwel sensiela fuq it-televiżjoni li deher fiha kienet Emilja u wara Eklissi. Però kien permezz tal-karattru ta’ Karmenu fis-sensiela Iċ-Ċaqqufa li huwa beda jiġi nnutat.

Wara ġew aktar partijiet bħal dak ta’ Trevor f’Tereża kif ukoll parti fis-sensiela Fattigi.

Huwa jaħdem bħala paediatric occupational therapist fl-Isptar San Luqa.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.