Dan l-attur illum jagħlaq 72 sena. Għaraftu?

Dan iċ-ċkejken li hemm fiċ-ċirku f’dan ir-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur veteran Joe Borg, li llum qed jiċċelebra għeluq it-72 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum, il-5 ta’ Diċembru tal-1948.

Il-karriera artistika tiegħu bdiet aktar minn 55 sena ilu b’xogħol fit-teatru u t-televiżjoni. Tista’ tgħid li tul is-snin ħadem ma’ għadd ta’ gruppi teatrali u ħadem ma’ wħud mill-aqwa kumpaniji ta’ produzzjoni.

Huwa wkoll wiċċ familjari fuq it-televiżjoni u ħa sehem f’għadd ta’ sensiliet li kisbu success fosthom F’Baħar Wieħed, Ingroppi, Pupi, Is-Siġill tal-Qrar, Iż-Żagħka, Qegħdin Sew, Nies Bħalna, Riħ Isfel, Villa Sunset u Deja Vù.

Ritratt: Facebook/CynthiaBorg

Joe Borg hu miżżewweġ lil Mary, née Attard. Għandhom żewġt ulied, Cynthia li twieldet fl-1973, u Alison li twieldet fl-1979.

Nawguraw lil Joe l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.