Dan l-attur illum jagħlaq 56 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur Etienne St John li lum qed jiċċelebra għeluq id-56 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum, il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru tal-1964.

Etienne huwa l-kbir fost it-tlett ulied ta’ Edmond u Joan u warajh hemm Hermann u Malcolm.

Għal bosta snin hu kien il-kap tat-taqsima tal-aħbarijet ta’ Super 1 u anke ġurnalist ma’ Live FM. Iżda bla dubju li lil Etienne ħafna jafuh minn fuq il-palk u t-televiżjoni.

L-ewwel play li kien ħa sehem fiha kienet ittellgħet fiċ-Ċentru Soċjali ta’ Raħal Ġdid u l-ewwel parti b’mod professjonali kienet permezz ta’ Marat Sade, imtella’ minn Ateatru. Bla dubju li wa]da mill-aqwa partijiet li kellu kienet fil-produzzjoni Erwieħ Marbuta.

Fiċ-ċinema rajnieh fil-film Operation White Dove kif ukoll kellu parti fil-film Sandra ta’ Elio Lombardi. Ħadem ukoll f’sensiliet bħal Enigma, La Famiglia u Għaddi l-Bieb Miftuħ u ċertament li jibqa’ mfakkar għall-interpretazzjoni ta’ Peter fis-sensiela Ipokriti.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.