Dan l-attur illum jagħlaq 53 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur Jesmond Mizzi li llum qed jiċċelebra għeluq it-53 sena tiegħu. Twieled bħal-lum il-25 ta’ Ottubru tal-1967.

Lil Jesmond qed narawh f’karattru ġdid fis-sensiela Division 7 u żgur li ħafna jiftakruh fis-sensiela Santa Monika.

Stephen Camilleri u Jesmond Mizzi f’xena minn Santa Monika

Huwa kellu wkoll partijiet f’sensiliet f’Manwela u Katrina, Il-Patt, Rifless, Żvintura kif ukoll ħadem f’25 film ta’ Elio Lombardi.

Deher ukoll fi produzzjonijiet barrannin li nħadmu f’Malta bħal 13 Hours u Paul The Appostle Of Christ. Ħadem ukoll fil-film Malti Id-Destin u se nkunu qed narawh ukoll fil-film taċ-ċinema Just Noise li se jkun qed joħroġ f’data li titħabbar aktar ‘il quddiem.

Jesmond kien ukoll jgħallem id-drama u anke għandu l-liċenzja ta’ kowċ tal-futbol u għal perjodu ta’ żmien fil-fatt kein kowċ fin-nurseries tal-Hibernians u anki Tarxien Rainbows.

Fil-ħajja personali, Jesmond huwa ddivorzjat u missier ta’ tnejn.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.