Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur Simon Curmi, jew kif ħafna jafuh bħala Ġanni l-Purtinar fis-sensiela Simpatiċi ta’ Hermann Bonaci Productions. Simon, illum qed jiċċelebra għeluq it-53 sena tiegħu. Twieled bħal-lum it-13 ta’ Jannar tal-1968. Simon huwa wkoll missier, u għandu tifel, Stefan.
Simon ilu nvolut fit-teatru u l-arti tal-ispettaklu mill-1981 meta ngħaqad mal-akkademja tal-arti drammatika ta’ Manoel Theatre u wara mal-Actor’s Studio fejn kiseb ħafna esperjenza fit-tekniki tal-atturi, vuċi, disinn tal-palk u direzzjoni.
Apparti Simpatiċi Simon ħadem f’numru kbar ta’ produzzjonijiet televiżivi bħal Għeruq u Intriċċi kif ukoll f’numru ta’ produzzjonijiet teatrali u anke kellu parti fil-film Ħabbilni Ħa Nirbaħ. Se nkunu qed narawh ukoll fis-sensiela Nostalġija li tibda fid-29 ta’ Marzu fuq TVM.
Simon illum il-ġurnata għandu relazzjoni mal-kantanta Laura Bruno.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.