Dan l-attur illum jagħlaq 51 sena. Għaraftu?

Għalkemm huwa ritratt meħud ftit tas-snin ilu, naħsbu li lill-attur Fabian Scerri De Carlo għaraftuh. Illum qed jiċċelebra għeluq il-51 sena tiegħu. Twieled bħal-lum id-29 ta’ Ottubru tal-1969.

Bla dubju li ħafna jassoċjaw lil Fabian mal-karattru popolari ta’ Gawdenz li rajnieh jinterpreta kemm fit-teatru kif ukoll fuq it-televiżjoni.

Ma nistgħux ma nsemmux ukoll bosta produzzjonijiet oħra li hu ħadem fihom fosthom ir-remake tas-sensiela F’Baħar Wieħed, u l-erba’ staġuni tas-sensiela F’Salib It-Toroq, kif ukoll Ħbieb u Għedewwa, Ċirkostanzi, Ipokriti, Kristu tal-Kerrejja u anki Vittmi, li kien l-aħħar xogħol televiżiv li kiteb Lino Grech.

Fabian huwa miżżewweġ lil Ivana u għandhom żewġ ulied, Kelly u Kyle.

Fabian ma’ martu Ivana u wliedhom Kelly u Kyle

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.