Dan l-attur illum jagħlaq 45 sena. Għaraftu?

Dan tarr-ritratt huwa l-attur Ludwig Farrugia li llum qed jiċċelebra għeluq il-45 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-1 ta’ Settembru tal-1975.

Ludwig huwa miżżewweġ lil Kristina u għandhom żewġ ulied.

Lil Ludwig rajnieh jaħdem f’sensiliet bħal La Farfalla, L-Evanġelisti, Katrina, Xablott, Manwela, Miraklu u L-Għarusa.

Ludwig Farrugia meta kien żgħir, u kif inhu llum. Fiż-żewġ ritratti jidher ma’ ommu Rita

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.