Dan l-attur illum jagħlaq 43 sena. Għaraftu?

Ivan De Battista

Dan tar-ritratt huwa l-awtur u attur Ivan De Battista li llum qed jiċċelebra għeluq it-43 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum it-13 ta’ Settembru tal-1977.

Ivan, li huwa miżżewweġ lil Simone, għandu żewġ ulied, Dylan Luke u Ryan u jmexxi wkoll l-iskola tad-drama Imagin-Arts.

Apparti li huwa attur li rajna f’sensiliet bħal F’Salib It-Toroq, It-Tfal, Prima Facie, Simpatiċi, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Mad-daqqa Niżfnu, Id-Driegħ t’Alla, Santa Monika, Pupi, Il-Kristu tal-Kerrejja u Is-Siġill tal-Qrar. Ħadem ukoll fil-film Carmelo.

Flimkien ma’ martu Simone ipproduċa u dderieġa s-sensiela Stejjer Għal Kulħadd.

Ivan huwa awtur ta’ bosta kotba li jinkludu Irwiefen (1999), Il-Fanal tas-Sinjur (2007), Id-Dar ta’ Sqaq il-Forka (2009), Battuti għal Inżul ix-Xemx (2010), Il-Qabar tal-Kavallier (2011), Il-Misteru tal-Ġgantija (2013) u F’Xatt id-Destin (2017).

Dan apparti d-diversi kanzunetti bħal Tond Jibqa’ Tond, Tar Iż-Żmien u Mhux L-Ewwel Darba.

Simone u Ivan De Battista

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.