Dan l-attur illum jagħlaq 42 sena. Għaraftu?

Awguri lill-attur Patrick Bonnici li llum qed jiċċelebra għeluq it-42 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum il-15 ta’ Awwissu tal-1978.

Patrick ġietu l-ewwel opportunità li jirreċta meta mar ma’ kuġinuh, l-attur Mario Gatt, fuq is-sett ta’ sensiela ta’ Square Wheel Ent u kellu parti żgħira. Wara ħadem fi produzzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira.

Wara li ħa sehem f’workshop għall-atturi, Patrick ġietu opportunità biex jinterpreta parti fit-tieni u t-tielet staġun ta’ Iċ-Ċaqqufa. Minn hemm bdew ġejjien partijiet oħra f’Rifless, il-Patt, Strada Stretta, Intriċċi, Tereża, Santa Monika u riċentement fis-sensiela Fattigi. Kellu wkoll parti fil-film għaċ-ċinema Id-Destin.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.