Dan l-attur illum jagħlaq 38 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur Dolan Debattista li llum qed jiċċelebra għeluq it-38 sena tiegħu. Dolan twieled bħal-lum, it-8 ta’ Settembru tal-1982.

Lil Dolan rajnieh fi produzzjoni teatrali bħal L-4 ‘l Huma, Festa tal-Qaddisin u Wara l-Ħajt. Fuq it-televiżjoni rajnieh ukoll fis-sensiliet F’Ġieħ L-Imħabba u f’Division 7.

Dolan f’xena mis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba li tirritorna fuq TVM mit-Tlieta 29 ta’ Settembru

Dolan ilu mit-22 ta’ Ġunju tal-2019 miżżewweġ lil Mealnie li kienet fost l-ewwel li awguratlu f’għeluq sninu.

Everyday I learn to appreciate you a little bit more. Me with my overthinking mind and you with your reassuring words…

Posted by Melanie Debattista on Monday, September 7, 2020

Nawguraw lil Dolan l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.