Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur Christopher Barbara li llum qed jiċċelebra għeluq l-34 sena tiegħu. Twieled bħal-lum il-11 ta’ Novembru tal-1986.
Lil Christopher bħalissa qed narawh fit-televiżjoni Maltija permezz ta’ żewġ sensiliet, Sorelle u Fattigi. Konna narawh ukoll fis-sensiela Vigilante.
Christopher ħadem ukoll f’bosta produzzjonijiet teatrali, l-aktar dawk marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira.
Fil-ħajja ta’ kuljum jaħdem fuq l-ajruplani bħala technical purchasing administrator.
Christopher għandu wkoll il-kumpanija tiegħu li tispeċjalizza fil-marketing design u l-pittura. Fil-ħin liberu tiegħu jħobb il-vjaġġar u l-avventura speċjalment is-sky dive.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.