Dan l-attur illum jagħlaq 31 sena. Għaraftu?

Awguri lill-attur Rudy Emanuel Catania li bħalissa qed narawh fis-sensiela L-Għarusa. Huwa twieled bħal-llum it-12 ta’ Awwissu tal-1989 u għaldaqstant qed jiċċelebra għeluq il-31 sena tiegħu.

Rudy huwa l-kbir fost iż-żewġ ulied ta’ Martin u Dorothy Catania. Warajh hemm oħtu Charmaine.

Rudy mhux biss huwa attur iżda kien ukoll jimmudella u huwa wkoll żeffien tal-latin u l-ballroom.

Bħala attur ħadem f’għadd ta’ rpoduzzjonijiet televiżivi bħal Vigilante, La Farfalla, Emilja La Farfalla, Emilia, Zafira, Rifless, Il-Patt, Santa Monika u Qalb In-Nies.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.