Dan l-attur illum jagħlaq 20 sena. Għaraftu?

Jamie Cardona

Jekk dan tar-ritratt ma għaraftuħx ngħidulkom li mhu ħadd ħlief l-attur Jamie Cardona li llum qed jiċċelebra għeluq l-20 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum l-4 ta’ Ottubru tas-sena 2000.

Veronica Farrugia u Jamie Cardona kif rajniehom fis-sensiela F’Salib It-Toroq. Ritratt: Robert Camilleri (FotoClassic)

Jamie llum huwa stabbilit kemm fit-teatru u anke fit-televiżjoni fi produzzjonijiet bħal L-Ispettur, L-Għarusa, Strada Stretta, Ħobbni Ftit, Ħbieb u Għedewwa u snin ilu anke fis-sensiela F’Salib It-Toroq.

Is-sena d-dieħla se nkunu qed narawh fis-sensiela Nostalġija li se tixxandar fuq TVM.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.