“Dan kif kont ftit tal-ġimgħat ilu” – Hector

Hector Bruno

L-attur u preżentatur Hector Bruno llum ħasad ftit niex mhux ħażin wara li fuq il-midja soċjali xerred ritratt tiegħu waqt li kien rikoverat fi sptar ftit tal-ġimgħat ilu.

“Mhux nipprova nimpressjona jew niġbed simpatija żejda u kont iddecidejt li dan ir-ritratt ma nibagħtux. Imma qed insib li dan hu mod kif nipprova nistabar. Dan kif kont ftit tal-ġimgħat ilu wara intervent kirurġiku maġġuri ftit ġimgħat biss wara li mietet l-għażiża ommi,” kiteb hu waqt li żied jgħid li bħal-lum ġimgħa miet ħuħ George proprju fl-istess perjodu li kien u għadnu qed nipprova nirkupra.

Mhux nipprova nimpressjona jew niġbed simpatija żejda u kont iddecidejt li dan ir-ritratt ma nibaghtux. Imma qed insib…

Posted by Hector Bruno on Friday, December 18, 2020

Nawguraw lil Hector fejqan ta’ malajr.