“Dan kien attakk barbaru” – King Salman

Ir-re tas-Sawdi Arabja King Salman ingħaqad mal-President Amerikan Donald Trump u kkundanna attakk bl-armamenti li sar minn student mis-Sawdi meta stqarr li dan kien attakk barbaru.

Mohammend Alshamrani, student tal-avjazzjoni qatel tliet persuni u fera tal-inqas tmien fil-bażi ta’ Pensacola fi Florida qabel ma inqatel.