Dan ix-xandar illum jagħlaq 68 sena. Għaraftu?

Bla dubju li kienu ħafna li għarfu lil Anton Grasso f’ritratt li ttieħed bosta snin ilu meta kien għadu fil-bidu tal-karriera tiegħu. Illum Anton qed jiċċelebra għeluq it-68 sena tiegħu. Twieled bħal-lum  it-22 ta’ Awwissu  tal-1952.

Huwa twieled fid-dar ta’ ommu f’Raħal-Ġdid u huwa l-kbir minn tliet aħwa subien. Fi tfulitu kien tifel gerriexi, x’aktarx mistħi, beżżiegħi u kurjuż. 

Il-mewt ta’ missieru fl-età ta’ 49 sena meta Anton kellu l-età bikrija ta’ tmien snin, affettwatu ħafna.  Il-beżgħat u l-kurżitajiet ta’ tfulitu kibru miegħu.  Barra films tal-biża’ jħobb films ta’ Laurel u Hardy u cartoons ta’ Tom u Jerry.  Għamel sitt snin jgħallem ir-Reliġjon, il-Malti u l-Ingliż fl-Iskejjel tas-Snajja’ l-Isla u l-Kalkara. 

Fl-1981 daħal jaħdem Xandir Malta, illum il-PBS, jidderieġi l-programmi, fejn dam sal-2004. 

Anton huwa missier ta’ żewġt ulied, Erika u Sergio u għal bosta snin ilu f’relazzjoni ma’ Annette.

Apparti x-xogħol fuq it-televiżjoni, Anton għandu karriera fil-pubblikazzjonijiet li tmur lura aktar minn 40 sena. Ismu hu assoċjat mal-istejjer tal-waħx u fil-fatt it-53 ktieb li huwa ppublika kien jismu proprju Anton Grasso…40 sena ta’ waħx u aktar.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.