Dan is-sit tat-temp jista’ jkun tiegħek

Is-sit popolari għat-temp FirstMalta ingħalaq u issa jinsab għall-bejgħ. Fi stqarrija maħruġa mill-istess sit, ġie spjegat il-vjaġġ tas-sit li ħafna kienu jfittxu biex jaraw l-aħħar aġġornamenti tat-temp. Is-sit kien twaqqaf bħala passatemp iżda matul iż-żmien iktar minn 40,000 persuna segwew is-sit permezz ta’ Facebook.

L-amministratur ddeskriva l-avventura tas-sit bħala waħda mill-isbaħ, iżda minħabba impenji oħra din se jkollha tintemm hawn. Kompla jgħid li għandu memorji sbieħ tad-diskussjonijiet li kienu jitqajjmu fuq il-paġna.