​“Dan ir-raġel ta’ qalb tajba wassalni sal-aħħar tat-tellieqa”

Raġel li ma ħasibhiex darbtejn biex jgħin mara li ħassha ħażin waqt il-Maratona ta’ Malta ta’ nhar il-Ħadd, ġie mfaħħar fuq Facebook, fost l-oħrajn mill-mara nnifisha.
Josette Falzon, li ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Vodafone Malta Marathon 2018, qalet li qatt mhu se tinsa din l-esperjenza hekk kif sabet lil dan ir-raġel b’qalb tajba ta’ vera, li għinnha sa tmiem it-tellieqa.
Il-ħbieb ta’ David Gladwish sejħulu ‘s-samaritan it-tajjeb,’ ‘bniedem mill-aqwa,’ u l-‘ġgant ġentili.’
Oħrajn ferħu wkoll lill-mara għall-kuraġġ tagħha biex tasal sal-aħħar tat-maratona.
Mark Asciak ħa r-ritratt ta’ dan il-mument ta’ solidarjetà fi tmiem il-maratona f’Tas Sliema.