​Dan il-yogurt mhux tajjeb għat-tfal kollha

Yogurt tat-tfal bit-togħma tal-lanġas m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għall-glutina.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, ħareġ dan l-avviż minħabba li l-glutina mhix iddikjarata fuq it-tikketta.
L-isem tal-prodott huwa Teddi Yogurt Kids Bio – Pera, tad-ditta Fattoria Scaldasole.
In-numru tal-lott huwa L.171019 u jiskadi fid-19 ta’ Ottubru li ġej.