Dan il-prodott tal-LIDL irtirat mis-suq

L-istabbiliment LIDL ħabbar permezz ta’ avviż li l-apparat tal-wajers li kien qed ibigħ ġie rtirat mis-suq, wara li nstab li jaf jikkawża xokk elettriku jew jaqbad bin-nar.

Il-kumpanija talbet lix-xerrejja tagħha sabiex ma jużawx dan il-prodott, u infurmathom li kull min laħaq xtara minnu jista’ jirritornah fi kwalunkwe stabbiliment tal-LIDL madwar Malta biex jingħata flusu lura. L-apparat jiġi aċċettat lura kemm jekk bl-irċevuta, u anke mingħajrha.

L-apparat huwa tad-ditta Powerfix u jismu Quick Wiring Kit, u l-kodiċi tiegħu huma: HG02035A. Dan kien inħareġ f’Jannar tal-2017 u mill-ġdid f’Jannar 2018.

Il-kumpanija skużat ruħha ta’ din l-inkonvenjenza.