Dan il-preżentatur u mużiċist illum jagħlaq 48 sena. Għaraftu?

Awguri lill-preżentatur u mużiċist Ġianni Zammit li llum qed jiċċelebra għeluq l-48 sena tiegħu. Twieled bħal-lum it-18 ta’ Awwissu tal-1972.

Ġianni rajnieh jippreżenta fuq it-televiżjoni u anki bosta avvenimenti f’pajjiżna u saħansitra wassal programmi fuq ir-radju. Dan apparti d-diversi wirjiet li hu ħa sehem fihom bħala mużiċist, fosthom Rockestra.

Ġianni hu dilettanti kbir tal-grupp KISS u fid-dar għandu kollezzjoni sħiħa ta’ kitarri.

Ġianni ilu għal bosta snin f’relazzjoni ma’ Kirsty Widdowson u għandhom tifla, Kay.

Nawguraw lil Ġianni l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.