Dan il-preżentatur u attur illum jagħlaq 38 sena. Għaraftu?

Ronald Briffa

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur u preżentatur Ronald Briffa li llum qed jiċċelebra għeluq it-38 sena. Twieled bħal-lum it-13 ta’ Jannar tal-1983. Ronald huwa wieħed mill-preżentaturi tal-istazzjon 103 Malta’s Heart. Huwa wkoll il-preżentatur tal-programm SerataRon li jixxandar nhar ta’ Ġimgħa fuq TVM.

Lil Ronald ħafna jiftakruh fl-ewwel edizzjoni tal-programm L-Isfida u wara kien wieħed mill-preżentaturi l-programm D-Mix fuq TVM. Wara beda jippreżenta, flimkien ma’ Frank Zammit, programm fuq Radio 101.

Fl-2006 Ronald beda jippreżenta l-programm Mini Bugz fuq l-istazzjon Net u aktar ‘il quddiem ismu sar assoċjat mal-programm divertenti Puree.

Huwa pproduċa u ppreżenta bosta programmi oħra fuq it-TV u r-radju kif ukoll ħa sehem bħala atturi f’diversi sensiliet televiżivi, fosthom Iċ-Ċaqqufa. Dan apparti d-diversi produzzjonijiet teatrali u pantomimi li ħa sehem fihom.

Lil Ron se nkunu qed narawh ukoll fil-film taċ-ċinema Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi.

Fost id-diversi avvenimenti huwa kien ippreżenta wkoll il-Malta Eurovision Song Contest.

Ronald Briffa

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn