Dan il-preżentatur illum jagħlaq 61 sena. Għaraftu?

Awguri lill-preżentatur Peppi (Joe) Azzopardi li llum jiċċelebra għeluq il-61 sena tiegħu. Twieled bħal-lum il-25 ta’ Awwissu tal-1959.

Peppi jibqa’ magħruf għal programm Xarabank, li dam għaddej fuq it-televiżjoni lokali għal 23 sena konsekuttiva u huwa proprju mill-iskeda li jmiss li mhux se jkun qed jirritorna fuq TVM.

Peppi mal-ġenituri tiegħu

Bla dubju li Peppi jibqa’ wkoll imfakkar għas-sehem tiegħu fil-programm satiriku Aħn’ Aħna Jew M’Aħniex?

Peppi huwa miżżewweġ lil Mandy, li narawha f’sensiliet bħal Ħbieb u Għedewwa (Melita More) u Sorelle (TVM) u għandhom tifel, Xandru.

Nawguraw lil Peppi l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.