Dan il-preżentatur illum jagħlaq 30 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-preżentatur Josmar Gatt tal-programm Sibtek, li se jkun qed jirritorna fuq TVM fl-iskeda l-ġdida minn Ottubru. Illum qed jiċċelebra għeluq it-30 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-16 ta’ Settembru tal-1990.

Josmar huwa wkoll kantant u rajnieh ikanta mhux biss waqt il-programm Sibtek iżda wkoll f’diversi programmi televiżivi oħra kif ukoll f’festivals bħall-Konkors Kanzunetta Indipendenza u Malta Hit Song Contest.

F’okkażjoni ta’ għeluq sninu Josmar kellu bosta messaġġi ta’ awgurju, fosthom mingħand Ryan Borg.

Ritratt: Facebook/RyanBorg
Ryan Borg u Josmar Gatt

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.