Dan il-preżentatur illum għalaq 36 sena. Għaraftu?

Wayne Aquilina

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-preżentatur Wayne Aquilina, il-preżentatur tal-programm popolari ta’ kuljum Espresso li jixxandar fuq l-istazzjon One kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Twieled fil-5 ta’ Ottubru tal-1984. Illum qed jiċċelebra għeluq is-36 sena tiegħu.

Wayne daħal jaħdem mal-istazzjon One fl-1999, meta kellu biss 16-il sena. F’Marzu li għadda huwa filfatt għalaq 20 sena ma’ dan l-istazzjon.

L-ewwel programm li kellu fuq it-televiżjoni kien jismu Level 6, u wara l-programm VIP Time.

Fl-2006 beda jippreżenta l-ewwel programm tal-ġurnata kuljum, One Breakfast, imbagħad kompla bil-programm ta’ kuljum Tant Ieħor. Fl-2010 beda jippreżenta l-programm Appuntament u fis-sajf tal-2013 beda jwassal fuq it-televiżjoni il-programm Kelma Bejn Tnejn. Wara dan kien imiss il-programm Strada.

Wayne huwa wkoll dilettanti kbir tal-Eurovision u attenda bosta edizzjonijiet ta’ dan il-festival u wassal ukoll rapurtaġġi għall-istazzjonijiet ta’ One.

Wayne huwa wkoll is-Sindku tal-Kalkara, kif ukoll huwa missier taċ-ċkejken Dean.

Wayne Aquilina

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.