Dan il-kantant illum jagħlaq 65 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-kantant Mike Spiteri li llum qed jiċċelebra għeluq il-65 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-27 ta’ Novembru tal-1955.

L-ewwel dehra tiegħu kienet f’talent show u talenti kellu żgur għax tant ġibed attenzjoni li kien avviċinat biex ikanta fi grupp rock li dam tlett snin. Din l-opportunità wasslitu biex flimkien mal-grupp idoqq f’lukanda fl-Afrika t’Isfel.

F’Malta ħa sehem fil-Festival tal-Kanzunetta Maltija bil-kanzunetta Computer u fl-1995 rebaħ il-Malta Song For Europe li permezz ta’ hekk irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Keep Me In Mind.

Mike kanta wkoll diversi avvenimenti barra minn xtutna fosthom ukoll il-Golden Stag li jsir fir-Rumanija.

Mike huwa miżżewweġ lil Silvana u għandhom tlett ibniet: Sarah (li rajna bħala attriċi f’sensiliet bħal Santa Monika u L-Għarusa), kif ukoll Roselyn u Rebecca.

Is-sena l-oħra Mike u martu Silvana saru nanniet għall-ewwel darba bit-twelid taċ-ċkejken Noah, li twieled miż-żwieġ ta’ Roselyn u Arthur.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Mike Spiteri f’għeluq sninu.