Dan il-kantant illum jagħlaq 62 sena. Għaraftu?

Jiċċelebra għeluq it-62 tiegħu l-kantant William Mangion li qed taraw f’dan ir-ritratt meħud bosta snin ilu. William twieled bħal-lum l-24 ta’ Awwissu tal-1958.

William kien beda l-karriera bħala vokalista u keyboardist fil-Cruise Liners Hotels, nightclubs, u funzjonijiet privati.

Huwa kanta wkoll kemm bħala solista, kif ukoll ma’ gruppi, mhux biss f’Malta iżda wkoll fl-Ingilterra, fil-Ġermanja u fl-Olanda. Dawn apparti bosta pajjiżi oħra fosthom f’Cork fl-Irlanda fejn fl-1993 kien irrappreżenta lil Malta fit-38 edizzjoni tal-Eurovision Son Contest li kien ittella fil-15 ta’ Mejju tal-1993. William kien ikklassifika fit-tmien post bil-kanzunetta This Time, li kienet ukoll inħarġet bil-Malti bl-isem ta’ Issa.

Qabel is-suċċess tal-Eurovision, isem William Mangion kien assoċjat mal-grupp Getting Closer, li hu kien ifforma fl-1984. Fis-Snin 90 kien ingħaqad mal-grupp Still Waters.

William kien ukoll ippreżenta l-programm Indifest fuq l-istazzjon Net. Dan il-programm kien wassal għall finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2012.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil William Mangion.