Dan il-kantant illum jagħlaq 61 sena. Għaraftu?

Charles Dalli - X Tend

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-kantant Charles Dalli tal-grupp X-Tend. Illum Charles qed jiċċelebra għeluq il-61 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-17 ta’ Ottubru tal-1959.

Meta kien iżgħar Charles kien jilgħab il-futbol mat-tim ta’ taħt it-18-il sena mal-Belt Valletta iżda ma damx ma rrealizza li l-kitarra u l-mużika iktar kienu jgħoddu għalih. Fl-1979 ħa sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Jiena M’Għandi Xejn …ħlief. Sena wara ħareġ l-ewwel album tiegħu bħala solista bl-isem ta’ Lilek Inħobbok.

Fis-sajf tal-1984 ingħaqad mal-grupp X-Tend. F’Diċembru tal-istess sena rebħu il-Passaporto per San Remo li ttella’ fit-teatru Ariston f’SanRemo bil-kanzunetta I Can Feel, miktub minn Dalli stess.

Is-suċċess għal Dalli u l-grupp X Tend kompla jikber b’għadd ta’ gigs u anki albums mużikali bħal Boys of Tomorrow, Sbieħ il-Milied, Let’s Have A Party u Powerplay.

Charles hu miżżewweġ lil Antonella u flimkien mal-X Tend qed narawh fil-programm Family Affair li jixxandar fuq Net TV is-Sibt u l-Ħadd wara nofsinhar.

Chalres Dalli X-Tend

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.