Dan il-kantant illum jagħlaq 57 sena

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-kantant Mark Tonna. Illum hu qed jiċċelebra għeluq il-57 sena tiegħu. Twieled fiż-Żurrieq bħal-lum it-13 ta’ Marzu tal-1963. Huwa kantant, awtur u mużiċist li beda l-karriera tiegħu fl-età ta’ 11-il sena, l-ewwel permezz ta’ grupp flimkien ma’ sħabu billi kienu jdoqqu l-kitarra fil-knejjes.

Minn hemmn beda jieħu l-mużika bis-serjetà u għaqqad l-ewwel grupp ‘pop’ tiegħu li fih kien hemm ukoll ħuħ Claudio. KIen jifforma parti minn bosta gruppi oħra sakemm fl-1993 iddeċieda li jibda’ karriera bħala solista.

Ħa sehem f’bosta musicals fosthom Ali Baba, It-Tfajla tal-Palazz, Ir-Rebbieħ, Ħidmietna u l-aktar wieħed riċenti Il-Kbir Għadu Ġej. Ikkompona wkoll il-mużika għal Jisimni Katarina u wara dan mhux biss il-mużika iżda wkoll il-lirika għall-musical Mill-Jasar Għall-Qawmien.

Tul il-karriera tiegħu Mark Tonna ħa sehem f’bosta festivals bħal Malta Song for Europe, il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, L-Għanja tal-Poplu u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza.

Barra minn xtutna ħa sehem f’festivals  f’Tuneżija, Dubaj, ir-Renju Unit, il-bulgariuja, it-Turkija, u l-Amerika, Flimkien ma’ Debbie Scerri għamel ukoll erba’ ġimgħat ikanta lill-emigranti Maltin bejn Diċembru 2010 u Jannar 2011.

Għal erba’ snin konsekuttivi hu kien nominat fil-kategorija Best Male Singer waqt il-Malta Music Awards. Ħareġ ukoll żewġ albums, Before My Eyes u The Best of Mark Tonna.

In-nannu Mark Tonna flimkien man-nanna Marthese u n-neputija Katryna

Mark Tonna huwa miżżewweġ lil Marthese u għandhom tifla Mandy li wkoll għamlithom nanniet bil-wild tagħha Katryna.

Apparti l-mużika, Mark għandu passjoni kbira għall-muturi.

Awguri Mark f’għeluq sninek.