Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-kantant Ivan Grech li llum qed jiċċelebra għeluq it-52 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-6 ta’ Jannar tal-1969. Huwa ilu minn April tal-2003 miżżewweġ lil Deborah.
Bħal ma jagħmel kull sena, Ivan qed jitlob lis-segwaċi tiegħu biex jagħtuh rigal, u dan f’forma ta’ donazzjoni lil Puttinu Cares.
Dawk li qed jitħajru jgħinu lil Ivan jiġbor il-fondi għal Puttinu jistgħu jagħmlu dan billi jew jagħfsu fuq dan il-link, jew inkella jibgħatu SMS vojt fuq 50617380. Dan ikun jiswa €2.33
Nawguraw lil Ivan l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.