Dan il-kantant illum jagħlaq 34 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief Victorio gauci, il-kantant tal-grupp The Crowns li llum qed jiċċelebra għeleq l-34 sena tiegħu. Twieled bħal-lum il-15 ta’ Ottubru tal-1986.

Victorio beda jkanta fl-età ta’ 10 snin meta beda jieħu sehem f’diversi festivals u musicals, u b’hekk beda jrawwem esperjenza fuq il-palk. Dejjem kien iqis kull parteċċipazzjoni bħala opportunità.

Ta’ 19-il sena Victorio telaq lejn Londra biex jitħarreġ aktar fil-mużika fil-Vocaltech College u wara bosta auditions irnexxielu wkoll jieħu sehem fi musical li ttella’ fil-London Palladium. Kien wasal ukoll sat-tielet fażi ta’ X Factor UK.

Meta ġie lura f’Malta Victorio mill-ewwel kellu xewqa li jifforma band, ħolma li bdiet timmaterjalizza fl-2010 meta f’Marzu ta’ dik is-sena ġie ffurmat il-grupp The Crowns.

Fil-ħajja privata, Victorio huwa miżżewweġ lil Rosanna u għandhom tliet ulied, Giuseppe, Gianni u Luigi.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.