Dan il-kantant illum jagħlaq 31 sena. Għaraftu?

Gianluca Bezzina

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-kantant Gianluca Bezzina li llum qed jiċċelebra għeluq il-31 sena tiegħu. Huwa rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2013 bil-kanzunetta Tomorrow.

Gianluca ġej minn familja mużikali, u huwa t-tielet minn seba’ aħwa. Huwa jiġi ħu l-kantanta Dorothy Bezzina. Nannuh hu Gaetano Buttigieg, magħruf l-aktar bħala Gaetano Kanta.

Gianluca ilu tlett snin miżżewweġ lil Vanessa. Il-koppja Bezzina għandhom żewġt ulied, Lyla, li twieldet f’Diċembru tal-2018, u Paolo li twieled f’Awwissu li għadda.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.