Dan il-kantant illum jagħlaq 26 sena. Għaraftu?

Dav Jr

Il-kantant David Jr Meilak huwa dan it-tfajjel tar-ritratt. Proprju llum huwa qed jiċċelebra għeluq is-26 sena tiegħu. Twieled bħal-lum il-11 ta’ Ottubru tal-1994.

David huwa magħruf l-aktar bħal Dav Jr u kiseb ħafna popolarità wara s-sehem tiegħu fit-tieni edizzjoni tal-kompetizzjoni televiżiva ta’ X Factor Malta li ntemmet aktar kmieni din is-sena.

Għalkemm il-mużika ilu jħobbha, hu beda dieħel fix-xena mużikali. It-tielet kanzunetta tiegħu I’ve Got You inkitbet apposta għall-film ċinematografiku Il-Misteru tal-Għoġol tad-Deheb.

Minn X Factor kiseb ħafna segwaċi u għandu ħsieb li jniedi album ta’ kanzunetti oriġinali fiż-żmien li ġej.

Bawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.