Awguri lill-preżentatriċi Pauline Agius li llum qed tiċċelebra għeluq is-37 sena tagħha, Hija twieldet bħal-lum, it-3 ta’ April tal-1983. Narawha tippreżenta fuq it-televiżjoni l-programmi Ilsien In-Nisa, In d House u Propjetà Malta.
Matul is-snin kienet ippreżentat bosta programm oħra u anki rajnieha tirreċta fis-sensiela Pupi.
Fl-2011 Pauline żżewwġet lil Cris Cassar. Għandhom żewġ ulied, Ben (4 snin) u Nate (sena)
Dwar dan il-jum ta’ għeluq sninha Pauline ikkummentat hekk:
“Dan huwa birthday li qatt ma’ nista’ ninsa iżda huwa wkoll birthday ta’ riflessjoni,” kitbet hi waqt li rringrazzjat lil dawk kollha li awgurawlha.

Awguri Pauline!