“Dan huwa x-xahar” – Gianluca

Ritratt: Instagram/GianlucaBezzina

Il-kantant Gianluca Bezzina u martu Vanessa jinsabu biss ftit jiem il-bogħod li jerġgħu jsiru ġenituri.

“Dan huwa x-xahar,” Gianluca kiteb fuq Instagram hekk kif kompla żied jgħid “Ma nistgħux nistennew li niltaqgħu miegħek”.

Il-kantant li rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2013 bil-kanzunetta Tomorrow, kien sar missier għall-ewwel darba f’Diċembru tal-2018 meta lejn l-aħħar tas-sena martu Vanessa kienet weldet lil Lyla.

View this post on Instagram

This is the month! 🤰We cant wait to meet you!

A post shared by Gianluca Bezzina (@gianlucabezzina) on

Nawguraw l-isbaħ xewqat lill-koppja Bezzina f’dawn l-aħħar ftit tal-ġranet qabel il-jum li tant qed jistennew.