Assassinju DCG: Mill-kliem irridu ngħaddu għall-fatti – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia huwa attakk fuq id-dinjità ta’ kull persuna.

F’messaġġ fuq RTK 103FM, l-Arċisqof ingħaqad mal-mexxejja u appella għall-għaqda nazzjonali.
Mons. Scicluna qal li filwaqt li mhux dejjem qabel ma’ dak li kitbet Daphne Caruana Galizia, l-ewwel u qabel kollox hi tibqa’ bniedma.
Qal li l-pajjiż illum tilef vuċi tal-ġurnaliżmu investigattiv.
Sellem lill-ġurnalisti kollha u ħeġġiġhom biex ma jibżgħux iżda jkomplu jiddefendu d-demokrazija.
“Jekk xi ħadd jibża’ jitkellem allura dan il-qattiel jew qattiela kodardi jkunu rebħu,” saħaq l-Arċisqof.