“Dan għadu biss il-bidu” – Mark Anthony

Lil Mark Anthony Bartolo żgur li tiftakruh mill-ewwel tal-kompetizzjoni televiżiva ta’ X Factor Malta. Ħafna kienu dawk li kien iddispjaċihom li Mark ma kienx wasal sal-finali. Però minkejja dan hu ma qatax qalbu u fil-fatt qed iħares ‘il quddiem.

Għal Mark din is-sena hi waħda li qed toffrilu sfidi ġodda. Permezz ta’ messaġġ fuq il-Facebook tiegħu hu ħabbar li qed jiffoka fuq żewġ proġetti ġodda.

L-ewwel wieħed se jkun li jirrekordja u joħroġ l-ewwel EP tiegħu bil-kanzunetti oriġinali tiegħu.

Mark Anthony semma’ wkoll li se jkun qed jaħdem fuq proġett ieħor, iżda li għalissa jagħżel li ma jagħtix aktar dettalji għalkemm se jkun qed iħabbar aktar dwaru fiż-żmein li ġej.

Awguri Mark għal dawn iż-żewġ proġetti u aktar!