Dalwaqt xehdiet tan-naħal fis-Seminarju

International Bee Symposium [2-5-19]

Fis-Seminarju tal-Virtù se jkunu provduti xehdiet tan-naħal sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom f’dan il-qasam. Dan ħabbru is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri.

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Josè Herrera flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clint Cammilleri żaru s-Seminarju tal-Virtu fl-okkażjoni li tliet studenti u żewġ għalliema ngħataw fondi sabiex jattendu konferenza fl-Islovakkja dwar iż-żamma tat-trobbija tan-naħal.

Matul l-istess attività Camilleri ħabbar il-ħames simpożju internazzjonali fuq il-prodott li jipproduċi n-naħal. Din se ssir Malta fit-8 ta’ Mejju. Is-Segretaju Parlamentari qal li Malta hija l-post ideali għaliex l-istorja u l-kultura tal-gżejjer Maltin minn dejjem kienu marbuta mal-apikultura.

Il-Ministru Josè Herrera stqarr li huma ’konxji wkoll tal-problemi li l-apikultura qed taffaċċja madwar id-dinja u t-tnaqqis riċenti fin-numru ta’ xehdiet mad-dinja kollha huwa pjuttost inkwetanti.’